Il-JCMCB Bar & Grill, nhar it-8 ta’ Diċembru li ġej, se jorganizza riċeviment li l-qligħ tiegħu se jmur b’risq Christina.

Din hi mara Maltija li għall-aħħar erba’ xhur ilha barra minn pajjiżna tistenna trapjant. Hi ma tistax tirritorna lejn pajjiżna hekk kif dan ipoġġiha f’riskju li ma tkunx lesta jew ma tkunx preżenti meta jinstab donatur.

Il-prezz tad-dħul għal dan ir-riċeviment tal-Milied hu wieħed baxx ta’ €6, u dawk li jattendu se jkunu jistgħu jaraw ukoll messaġġ ta’ ringrazzjament mingħand Christina.

Dawk interessati huma mitluba jagħmlu kuntatt fuq 9974 2555.