Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar li qed jorganizza mill-ġdid ir-riċeviment tat-tfal għal dan iż-żmien ta’ festi. Dan wara s-suċċess tal-edizzjonijiet preċedenti.

Għal din is-sena, ir-riċeviment se jsir fis-swali tal-klabb, fi Triq Troubridge fil-Marsa, nhar is-Sibt 28 ta’ Diċembru u jibda fl-10:00.
Jintalab ħlas ta’ €10 li jkopri ikel u xorb għat-tfal, rigali kif ukoll divertiment minn Glenn the Magician.

Il-ġenituri jew qraba tat-tfal jistgħu jibqgħu fil-klabb matul ir-riċeviment, li jintemm f’nofsinhar. Għal dan l-għan se jkun hemm l-amministraturi tal-JCMCB Bar & Grill biex iservu ikel u xorb.

Dawk interessati huma mitluba jibbukkjaw personalment fil-klabb (qabel il-logħob ta’ Juventus), permezz ta’ telefonata fuq 21238685, b’email fuq info@juventusmalta.com jew inkella jagħmlu kuntatt ma’ xi membru tal-Kumitat.