Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar li madwar 8 xhur ilu laħaq ftehim mal-artist Kyle Duca biex it-tpinġijiet tiegħu jinġabru f’kalendarju għas-sena 2017. Dan se jitqassam kompletament b’xejn bħala r-rigal ta’ din is-sena lill-membri tal-klabb.
Il-valur tal-pitturi kollha miġbura flimkien hu imprezzabbli. Madankollu, il-membri tal-klabb se jkunu qed jieħdu s-sett kollu b’xejn, f’forma ta’ kalendarju. Min mhux membru jista’ jordna dan il-kalendarju għall-prezz ta’ €10.
Issa li d-disinn tal-kalendarju hu lest, grazzi għal Gabiros Design, dan mar għall-istampar. Il-membri, jistgħu jibdew jiġbru l-kopja tagħhom sa minn nhar is-Sibt 10 ta’ Dicembru bejn it-15:00 u s-18:00 mill-premises tal-klabb ġewwa l-Imrieħel.
Dakinhar se ssir Open Day fejn jiġi żvelat ukoll il-logo tal-klabb li ġie mmodernizzat u se jkun qed jirrappreżenta l-klabb sa mill-bidu tas-sena d-dieħla meta nimxu fil-premises tal-Marsa. Aktar dettalji dwar dan jitħabbru fil-ġranet li ġejjin.
Fl-10 ta’ Diċembru jistgħu wkoll jiġu ordnati prints tal-pitturi kollha li jinsabu fil-kalendarju b’qisien differenti. Se jkun hemm ukoll opportunità li jiġu pprintjati t-shirts kif ukoll materjal ta’ merchandise ieħor.





