Membri tal-għaqda mhux governattiva Right2Smile Malta s-Sibt filgħaxija ċċelebraw il-ħidma missjunarja li l-gruppi tagħhom għamlu f’diversi pajjiżi fost it-tfal u komunitajiet bi sfidi differenti.

Għall-attività ta’ din is-sena, kienu madwar 80 persuna li attendew għal riċeviment organizzat fil-JCMCB Bar & Grill fejn fakkru wkoll il-kisbiet li l-komunitajiet differenti għamlu grazzi għall-proġetti mibdija mill-voluntiera Maltin.

L-ewwel missjoni għal Right2Smile saret fil-Kenja fl-2012 u minn hemm il-grupp kompla jikber bi proġetti wkoll fl-Indja, il-Kambodja u l-Kolumbja fost l-oħrajn. Iktar informazzjoni dwar l-għaqda mhux governattiva Right2Smile tista’ tinkiseb fuq http://www.right2smile.org.

Din l-attività hi biss waħda minn sensiela ta’ attivitajiet li se jsiru fil-JCMCB Bar & Grill fil-jiem li ġejjin. Wieħed jista’ jagħmel użu minn żewġ swali għad-dispożizzjoni tagħna għall-attivitajiet personali tiegħu, inkluż riċevimenti, parties kif ukoll konferenzi.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280