Il-favorit nett tat-turnew ta’ FIFA 2017 Roger Lee Micallef żamm mal-aspettattivi u rebaħ din il-kompetizzjoni organizzata mill-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero.

Roger avvanza sal-finali ta’ dan it-turnew b’Real Madrid fejn sab sfida diffiċli minn Aidan Darmanin, li lagħab b’Bayern München. Tant hu hekk li ż-żewġ kompetituri marru għall-ħin barrani, b’Roger joħroġ rebbieħ bi skor ta’ 4-2.

Din kienet it-tieni darba, minn daqstant edizzjonijiet, li Roger Lee Micallef rebaħ turnew ta’ FIFA organizzat minn dan il-klabb.

14962392_957388631033642_1772663754_n 14958347_957388581033647_919396600_n

dical-banner-1200×280