Akkwist ieħor għal Juventus Women hekk kif ġie uffiċjalizzat l-akkwist ta’ Lianne Sanderson, plejer Ingliża ta’ esperjenza kbira.
Sanderson, 30 sena, lagħbet f’diversi pajjiżi fosthom l-Ingilterra, Spanja, Ċipru u fl-Stati Uniti u anke lagħbet 50 logħba mat-tim nazzjonali Ingliż.
Hija bdiet il-karriera ma’ Arsenal Women fejn magħhom rebħet ħames darbiet l-FA Women’s Premier League, erba’ darbiet l-FA Women’s Cup, żewġ FA Women’s Premier League Cups u anke l-UEFA Women’s Cup.
Wara, hija marret ma’ Chelsea qabel ma ħadet id-deċiżjoni li tmur l-Stati Uniti fejn lagħbet ma’ diversi timijiet fosthom Boston Breakers, Portland Thorns u Orlando Pride.
Kurżita interessanti fuq Sanderson hija li matul l-staġun 2014/2015, hija lagħbet mal-Maltija Rachel Cuschieri mat-tim ta’ Apollon Limassol, ta’ Ċipru.
Sors: Juventus
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com