Żgur mhux forsi li l-partitarji newtrali lbieraħ ħadu gost kbir bir-rebħa ta’ Sassuolo fuq Atletico Bilbao fejn anke rajna l-gowl tal-plejer Juventin li jinsab b’self, Lirola.
Rebħa li tgħallem hafna lil kulħadd speċjalment lil Inter u Roma. Ir-Roma għal darb’ohra kellhom penalty li salvalhom partita u wara t-telfa fiċ-Champions League mal-Porto, l-moral tar-Roma jinsab baxx. Ilbieraħ kisbu draw ta’ 1-1 kontra Plzen.
Madankollu ħarsitna ma tistax ma tmurx fuq l-Inter, l-avversarju li jmiss tal-Juventus. Ilbieraħ Inter reġgħu wrew li għadhom ferm lura milli fejn jixtiequ. Wara bidu ta’ staġun kwiet ħafna, issa nistennew li l-Ħadd ikunu tim ieħor. Telfa ta’ 2-0 kontra Hapoel Sheva mill-Iżrael li uriet id-diffikultajiet tat-tim ta’ Milan.
Ċiniżi jew le, xorta għadu dak it-tim li kien. Xorta għadu dak it-tim li jrid Calciopoli oħra biex nerġgħu narawh hemm fuq.