Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar li għal sen’oħra l-klabb Scuderia Ferrari Club Birzebbuga se jkun parti mill-Open Day tal-klabb, li ssir għada bejn l-10:00 u l-16:00.

Fid-dawl ta’ dan, il-partitarji kollha ta’ Ferrari f’Malta huma mħeġġa jattendu għal din l-Open Day biex ikunu jistgħu jitkellmu mad-diriġenti tal-klabb uffiċjali ta’ Ferrari f’Malta. Dan il-klabb hu approvat ukoll minn Maranello.

Dawk kollha li jixtiequ se jkunu jistgħu jissieħbu membri ma’ Scuderia Ferrari Club Birzebbuga biex igawdu minn diversi rigali uffiċjali, benefiċċji oħra kif ikollhom aċċess għall-attivitajiet regolari li jkunu organizzati.