Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar li fl-Open Day ta’ nhar is-Sibt li ġej, dawk li jattendu se jkunu jistgħu jżuru wkoll stand tal-klabb ġdid lokali Scuderia Ferrari Club Birzebbugia – Malta.

Dan il-klabb ġie rikonoxxut uffiċjalment minn Maranello fil-ġimgħat li għaddew u kellu rispons tajjeb ħafna f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sħubija.

Hu wkoll klabb attiv ħafna, tant li fl-aħħar jiem diġà ġew organizzati numru ta’ attivitajiet, inkluż waħda fil-JCMCB Bar & Grill.