Minn hawn u ftit ieħor, fis-19:00, il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se jibda l-ewwel xandira tal-JCMCB Live Chat Show fuq il-paġna ta’ Facebook tal-klabb.

Ix-xandiriet se jitmexxew mill-eks President u President Onorarju tal-klabb, Jean Borg li se juża l-esperjenza tiegħu fix-xandir kif ukoll il-passjoni u r-rabta tiegħu ma’ Juventus biex jipprovdi materjal ta’ kwalità ta’ kull ġimgħa.

Segwi l-ewwel edizzjoni billi tagħfas hawn.