Nhar is-Sibt li ġej, il-JCMCB Store se jiftaħ il-bibien tiegħu wara xogħol ta’ rinovar estensiv li sar fis-swali tal-klabb matul is-sajf.

Il-JCMCB Store, li fit-tmexxija tiegħu se jkun fdat Paul Valletta, se jopera mill-bini tal-klabb stess u joffri diversi prodotti uffiċjali ta’ Juventus inkluż flokkijiet li jintużaw mill-plejers waqt il-logħob. Dan apparti diversi prodotti kreattivi u innovattiva oħra.

Il-ftuħ uffiċjali se jsir waqt l-Open Day li se ssir fil-klabb, bil-Juventini Maltin mistiedna jattendu bejn l-10:00 u l-16:00. Dawk li jattendu se jkunu jistgħu jixtru l-prodotti offruti mill-JCMCB Store.