Nhar is-Sibt li ġej, qabel il-logħba tant importanti bejn Juventus u Inter, rivali sportivi u esperti fix-xena tas-subbuteo se jagħtu ħajja lill-klabb tas-subbuteo tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero.

L-ewwel logħba tibda fis-19:15 fejn Tony Debono, partitarju ta’ Roma, u Joseph Agius, partitarju ta’ Juventus, jiltaqgħu flimkien għal logħba ta’ ħbiberija kontra xulxin.

Issegwi logħba bejn partitarju ieħor ta’ Juventus, Darren Carabott, u Joseph M. Debono, li hu veteran tax-xena tas-subbuteo u fdat mill-klabb biex imexxi l-proġett tat-twaqqif tal-klabb tas-subbuteo tal-klabb.