Yonghong Li, li ftit xhur ilu akkwista lil Milan, jidher li ddikjara lilu nnifsu fallut ekonomikament.

Rapporti fl-Italja, li ġew ikkwotati wkoll madwar id-dinja u s’issa mhux miċħuda, jgħidu li Li falla u issa se jbigħ l-assi tiegħu fuq il-verżjoni Ċiniża ta’ Ebay, Taobao.

Sa minn qabel ħa f’idejh il-klabb, Li kien qed jiġi skrutinizzat u numru ta’ dubji nxteħtu fuqu meta New York Times u Il Sole 24 investigawh u saħansitra żaru l-uffiċċji tiegħu fiċ-Ċina, abbandunati minħabba li ma kienx ħallas il-kera.

Sors: Il Corriere della Sera

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280