Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero issa għandu sistema ta’ sigurtà li hi tal-aqwa kwalità u fost l-iktar moderni f’pajjiżna.

Dan grazzi għal Global Safety Malta Ltd, li ilhom jappoġġjawna sa mill-ftuħ tal-klabb. B’din l-aħħar sistema, li jimportaw huma f’Malta, il-klabb issa se jkollu filmati HD biex jintużaw f’każ ta’ bżonn.

Grazzi għal din il-kumpanija, il-klabb bi pjaċir jinnota li sa mit-twaqqif tiegħu dejjem ħa s-sigurtà tal-membri tiegħu bis-serjetà u żammha bħala prijorità assoluta.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280