It-tim tan-nisa ta’ Juventus fetaħ l-impenji domestiċi tiegħu b’rebħa ta’ 6-0 fuq ChievoVerona.
Fl-ewwel partita tal-kampjonat, li ntlagħbet ġewwa Vinovo, il-Bianconeri kienu dominanti matul id-90 minuta sabiex bdew d-difiża tat-titlu bl-aħjar mod possibli.
Juventus fetħu l-iskor wara 4 minuti permezz ta’ Bonansea biex sa qabel tmiem l-ewwel taqsima, Girelli u Aluko għamluhom 3-0.
Fit-tieni taqsima, l-Ingliża Sanderson skurjat l-ewwel gowl tagħha ma’ Juventus għal 4-0 qabel ma’ Galli u Girelli żiedu tnejn oħra għal 6-0.
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com