Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar li nieda skema ġdida għall-membri tal-klabb li tista’ twassal biex jintrebħu żewġ biljetti għal logħba ta’ Juventus.

Permezz ta’ din l-iskema, kull membru jista’ jiġbor dokument personali mill-klabb. Fuq dan id-dokument issir marka permezz ta’ timbru għal kull darba li jattendi fil-klabb għal xi logħba ta’ Juventus jew attivitajiet organizzati mill-klabb.

Kull logħba jew attività tfisser ammont ta’ punti li jvarjaw u li fi tmiem l-istaġun jingħaddu biex, min jikseb l-ikbar ammont ta’ punti, jirbaħ żewġ biljetti għal logħba ta’ Juventus.

Għalhekk hu fl-interess tal-membri li jġibu magħhom dan id-dokument, kif ukoll it-tessera tas-sħubija tal-klabb, kull darba li jattendu għal xi logħba jew attività.

L-iskema se titnieda fil-logħba tal-Erbgħa 15 ta’ Jannar kontra Udinese, valida mill-Coppa Italia. Dakinhar jibdew jingħataw l-ewwel punti lil dawk li jattendu.