Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar li laħaq ftehim biex il-membri tiegħu jgawdu minn skont mir-ristorant Melita Gardens, li jinsab fi Triq Idmejda f’Ħal Balzan.
B’dan il-ftehim, il-membri kollha tal-klabb, li jippreżentaw tessera tas-sħubija valida, jakkwistaw skont ta’ 15% fuq il-prezz tal-ikla tagħhom.
Dan l-iskont jiżdied mal-oħrajn minn stabbilimenti differenti li jappoġġjaw lill-klabb.