Il-Kumitat jixtieq jinforma lill-membri tiegħu li laħaq ftehim ma’ Eurosport, stabbiliment ewlieni tal-prodotti sportivi f’pajjiżna, li se jwassal biex il-membri kollha jgawdu minn skont ta’ 10%.

L-iskont jgħodd mhux biss fuq prodotti ta’ Juventus imma fuq kull prodott li joffru l-istabbilimenti ta’ Eurosport.

Biex igawdi minn dan l-iskont, membru tal-klabb għandu javża lill-impjegati tal-istabbilimenti ta’ Eurosport u juri t-tessera tas-sħubija tal-klabb li tkun valida.

Dan hu l-ewwel pass minn inizjattiva tal-Kumitat li jsaħħaħ kemm jista’ jkun is-sħubija tiegħu billi joffri ritorn dejjem ikbar lill-membri tiegħu. Kumpaniji oħa li jixtiequ joffru skont lill-membri tal-klabb jistgħu jikkuntattjawna fuq marketing@juventusmalta.com