L-ewwel ġurnata tal-kampjonat tan-nisa ġiet sospiża hekk kif bħalissa għaddejja ġlieda interna bejn il-FIGC u l-Lega Nazionale Dilettanti (LND) rigward l-organizzazzjoni tal-kampjonati Serie A u Serie B femminili.

Fis-7 ta’ Settembru se jkun hemm laqgħa bejn il-partijiet konċernati sabiex jintlaħaq ftehim rigward din is-sitwazzjoni u b’hekk tibda d-difiża tat-titlu ta’ Juventus Women.

Sadanittant, is-Super Cup bejn Juventus u Fiorentina li kellha tintlagħab fil-25 ta’ Awwissu ġewwa Spezia, ġiet sospiża wkoll wara qbil bejn iż-żewġ timijiet konċernati.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280