Mistoqsi f’konferenza stampa jekk hemmx xi ċans li fil-futur Spalletti jingħaqad ma’ Juventus, l-istess kowċ ta’ Roma wieġeb b’onestà u bla tlaqliq.

“Jien għalija dan huwa xogħli, u lest naċċetta offerti li jgħinuni nikber, jiġifieri jekk il-futur joffrili ’l Juventus, jien lest naċċetta l-istess proposta.”

Il-kowċ ta’ Roma wera kemm hu kowċ serju f’xogħlu imma tispikka wkoll l-umiltà tiegħu. Kowċ li qed jagħmel affarjiet tajbin ħafna ma’ Roma fejn bħalissa qed jibqgħu jagħfsu fuq Juventus u żgur li se jkunu hemm sal-aħħar logħbiet tal-kampjonat.

Sors: Gianluca di Marzio

dical-banner-1200×280