Aħbarijiet xejn sbieħ għall-Primavera hekk kif in-numru 10, Luca Clemenza, se jitlef il-kumplament tal-istaġun wara l-injury li sofra lbieraħ waqt il-kwarti tal-finali fit-turnew ta’ Viareggio kontra t-tim ta’ Milan.
Clemenza weġġa’ hekk kif mument minnhom kien qiegħed idur sabiex jaqsam il-grawnd, iżda hekk kif poġġa siequ fuq il-grawnd, u biex insemmu kollox, il-kwalità tal-pitch mhijiex ta’ livell għoli, daritlu rkupptejh, bil-konsegwenza li kellu joħrog fuq stretcher.
It-tim ta’ Juventus ikkonferma l-injury tal-plejer Taljan permezz ta’ stqarrija uffiċjali, hekk kif ġiet ikkonfermata li l-injury hija waħda gravi u li l-plejer qata’ l-ligament tal-kruċjat.