Il-leġġenda ta’ Juventus u t-tim nazzjonali Taljan Stefano Tacconi kien impressjonat bix-xogħol li sar biex il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jkollu kwartieri ġodda fil-Marsa.
Waqt il-logħba bejn Juventus u Milan, Tacconi li kien il-mistieden tal-klabb deher jiġbed filmati tal-folla li attendiet fil-kwartieri tal-klabb u faħħar ukoll l-ispettaklu ta’ mużika u dawl grazzi għas-sistemi li l-kwartieri l-ġodda huma mgħammra bihom.
Tacconi xerred il-kelma tal-esperjenza tiegħu ma’ numru ta’ persuni li ltaqa’ magħhom matul il-ġurnata tas-Sibt, u ddikjara li kien impressjonat bil-folla ta’ nies li akkumpanjatu.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






