L-eks goalkeeper leġġendarju ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali Taljan Stefano Tacconi se jkun il-mistieden speċjali tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero għal-logħba kontra Milan.

B’hekk, nhar il-Ġimgħa li ġej, il-klabb jiftaħ fis-19:00, bil-membri immedjatament jieħdu ritratt b’xejn ma’ Tacconi, waqt li dawk li mhux membri jħallsu €5 . Din il-miżata tinkludi r-ritratt kif ukoll il-flus tad-dħul fil-klabb.

Għal dan l-għan hu importanti li l-membri kollha jġibu magħhom it-tessera tas-sħubija tagħhom u juruha lill-membri tal-Kumitat tal-klabb fl-entratura tal-klabb.

Stefano Tacconi jibqa’ preżenti fil-klabb matul il-logħba kontra Milan u f’nofs il-logħba jkun mistieden jagħmel diskors tal-okkażjoni. Infakkru li ż-żona tal-JCMCB Bar & Grill hi sold out iżda madankollu fadal biżżejjed post fil-kumplament tal-kwartieri biex wieħed isegwi l-logħba mingħajr problemi.

Din iż-żjara hi possibbli grazzi għal Legea Malta, The Victoria Hotel, M7Alpha Creative Studios, Maria tal-Fjuri u Dical House.

Jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb f’din l-attività permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.