Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jixtieq javża lill-membri tiegħu li s’issa għadu ma rċieva l-ebda komunikazzjoni uffiċjali mingħand Juventus dwar biljetti mixtrija għal-logħob kontra Inter, Lyon u Milan.

Dawk li ħadu xi flus lura għal biljetti relatati ma’ dawn il-logħob ħaduhom biss għax għamlu użu minn abbonamenti ta’ persuni (season ticket holders) li qalbu dawn l-abbonamenti għal fuq min xtara l-biljetti tagħhom permezz ta’ wieħed mill-erba’ ismijiet disponibbli.

F’dan il-każ, il-flus ingħataw lura għax Juventus taw il-possibbiltà lill-abbonati biex jikkanċellaw dan l-isem u b’hekk l-abbonat kien fid-dover li jagħti l-flus lura.

Apparti f’dawn il-każi, Juventus għadhom ma ħabbru l-ebda deċiżjoni dwar jekk hux se jagħtu flus lura. Dan ifisser li l-klabb, kif ukoll dawk li xtraw il-biljetti minn sorsi uffiċjali oħra, għadhom mingħajr informazzjoni.

Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se jkun qed jikkomunika direttament u personalment mal-membri tiegħu ladarba jiġi notifikat b’mod uffiċjali minn Juventus.