Gowls: Aguero (A), Finnbogason (I)
Karti sofor: –
Plejer tal-logħba: Halldorsson (I)

Lionel Messi beda l-avventura tiegħu fir-Russja b’diżappunt hekk kif it-talent tiegħu ma kienx biżżjjed biex l-Arġentina jiksbu l-ewwel tliet punti fil-grupp.

Ġewwa Otkrytiye Arena f’Moska, l-Iżlanda tattikament għamluha diffiċli għall-Arġentina. Kien Messi li fit-8 minuta jagħti free kick u d-daqqa ta’ ras tasal għand Tagliafico li jitfa’ l-ballun barra bi ftit.

Fl-10 minuta l-Iżlandiżi b’ċans tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ, meta minn rebound sempliċi, Bjarnason ifalli ċ-ċans li jiskurja hekk kif jitfa’ l-ballun barra.

Imma fid-19-il minuta, Marcos Rojo jikkrossja lejn Aguero li b’xutt mill-viċin jitfa’ fix-xibka għall-1-0.

Imma l-Iżlandiżi ma qatgħux qalbhom u ftit minuti wara, eżattament fit-23 minuta, Finnbogason mir-rebound jitfa’ fix-xibka wara Caballero u b’hekk iġib id-draw.

Fit-tieni taqsima, rajna lill-Arġentina jattakkaw bla ħniena. U l-ikbar ċans ġie fit-63 minuta meta Magnusson jiżbalja fil-kaxxa u r-referee bla ebda dubju jsaffar għall-penalty. Messi jqum għal dan l-inkarigu imma jsib lill-goalkeeper Halldorsson attent li jsalva.

Il-partita baqgħet kwieta bl-Arġentina jippruvaw japprofittaw ruħhom. Kienet azzjoni ta’ Messi fit-82 minuta li setgħet ħasdet lill-Iżlandiżi imma l-ballun spiċċa barra.

Ftit minuti wara, Pavon isib spazju u b’xutt b’saħħtu minn barra ma jirnexxilux jegħleb lill-goalkeeper Halldorrson.

Skor finali; Arġentina 1, Iżlanda 1

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280