Gowls: Mertens, Lukaku x2 (B)
Karti Sofor: Meunier, De Bruyne, Vertonghen (B), Davis, Barcenas, Cooper, Murillo, Godoy (P)
Plejer tal-logħba: Mertens (B)

Faċli ħafna għall-Belġju hekk kif fl-ewwel logħba tagħhom għelbu lill-Panama bl-iskor ta’ 3-0, bid-differenza fil-kwalità tkun osservata tul il-logħba kollha. Kienu l-Belġjani li fl-ewwel taqsima tefgħu kollox fuq l-offensiva. Fis-7 minuta, Mertens isib ballun jasal f’saqajh fejn mit-tarf tal-kaxxa jixxutja u jsib il-ballun milqugħ minn Penedo. Fil-11-il minuta, Hazard jixxuttja bil-ballun imur bi ftit barra. Fid-19-il minuta, Mertens jerġa’ jixxuttja mill-viċin bil-ballun imur barra. Kien imbagħad fit-38 minuta li xutt ta’ Hazard jsib lil Penedo għal darb’oħra attent biex iżomm ir-riżultat fid-draw ta’ 0-0. Biex fl-40 minuta, minn freekick, De Bruyne jqassam lejn Mertens, bix-xutt tiegħu jerġa’ jgħaddi bi żbrixx ‘il barra.

Fit-tieni taqsima, il-Belġju marru mill-ewwel fil-vantaġġ meta minn rebound, Mertens jiskorja gowl ta’ klassi u jegħleb għalkollox lil Penedo. Fit-52 minuta, free kick ta’ De Bruyne jgħaddi ftit għoli. Fil-55 minuta, reazzjoni tal-Panama, meta cross lejn Murillo jsib ix-xutt tiegħu milqugħ minn Courtois li jdawwar f’corner. Fid-69 minuta, permezz ta’ cross minn De Bruyne lil Lukaku fejn dan tal-aħħar isib x-xibka għall-iskor ta’ 2-0. Ftit minuti wara, Lukaku jagħmilhom 3-0 meta Hazard iqassam bilmod lejn l-istilla ta’ Manchester, bil-keeper megħlub għalkollox. Fl-aħħar ħinijiet tal-logħba, free kick fil-baxx ta’ Escobar isib lil Courtois attent.

Skor Finali: Belġju 3, Panama 0

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280