Gowls: Griezmann, Pogba (F), Jedinak (A)
Karti Sofor: Tolisso (F), Leckie, Risdon, Behich (A)
Plejer tal-logħba: Pogba (F)

Kazan Arena llum ospitat il-logħba Franza kontra Awstralja. Logħba li ħafna kienu qed jistennew dominju assolut mill-Franċiżi, favoriti għal din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

L-ewwel taqsima rat partita kemxejn kwieta, bid-difiża Awstraljana dejjem tistenna l-attakk Franċiż. Fil-fatt żewġ minuti mill-bidu tal-partita, Mbappe jirċievi pass u b’xutt b’saħħtu lejn il-lemin ma jirnexxilux jegħleb lil Ryan.

Fit-18-il minuta, Sainsbury jfalli milli jitfa’ lill-Awstralja fil-vantaġġ hekk kif minn freekick ta’ Jedinak, id-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata minn Lloris li jdawwar f’corner.

It-tieni taqsima rat iktar entużjażmu u kien fil-55 minuta li Risdon jagħmel tackle u jwaqqa’ lil Griezmann. Bl-għajnuna tal-VAR, ir-referee jagħti l-penalty lil Franza li minnu Griezmann ma jfallix.

Madankollu, ftit minuti wara, Umtiti jmiss il-ballun b’idu u r-referee jsaffar għal penalty. Mill-penalty, Jedinak ma jfallix biex jagħmilhom 1-1.

Il-partita baqgħet għaddejja bl-istess ritmu sakemm fil-81 minuta, Pogba jirċievi pass preċiż minn Giroud u bla ma jaħsibha jixxuttja, jolqot il-mimduda u jegħleb ghalkollox lil Ryan u jpoġġi lil Franza fil-vantaġġ.

Skor finali; Franza 2, Awstralja 1

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280