Gowls: Lozano (M)
Karti Sofor: Muller, Hummels (G), Moreno, Herrera (M)
Plejer tal-logħba: Herrera (M)

Tliet punti importanti għall-Messiku ġewwa Luzhniki Arena f’Moska hekk kif rebħu bi skor minimu kontra ċ-champions renjanti, il-Ġermanja. Logħba li tista’ tgħid li l-Messiku rebħu b’kapaċità u tattika ta’ kontrattakk u li ma taw l-ebda ċans lill-Ġermanja jieħdu nifs.

Wara minuta biss logħob, Vela jqassam lejn Lozano li b’xutt isib lil Boateng attent biex jitfa’ barra.

Fl-14-il minuta freekick ta’ Layun lejn il-kaxxa ż-żgħira jsib lil Neuer attent hekk kif id-difiża Ġermaniża tonqos milli tiddefendi l-ballun tajjeb.

Però kien fil-35 minuta li l-gowl tal-Messiku wasal wara kontrattakk veloċi. Hernandez jikkontrolla l-ballun sew u jqassam lil Layun, bid-difensur Hummels jitlef l-pożizzjoni tiegħu. Fil-ġirja, Hernandez iqassam lil Lozano, jaqbeż lil Ozil b’finta u jixxuttja xutt fil-baxx fuq in-naħa leminija ta’ Neuer, qalb id-dellirju tal-Messikani.

Fid-39 minuta risposta ta’ Kroos, li jsibi x-xutt tiegħu milqugħ minn Ochoa.

Fit-tieni taqsima rajna l-Ġermanja tgawdi iktar pussess, imma bl-ebda mod ma setgħu jkunu perikolużi għall-Messiku.

Fis-57 minuta Hernandez jerġa’ jaħrab jiġri b’kontrattakk, iqassam pass ħażin lejn Lozano kważi waħdu mal-goalkeeper, li jqassam lejn Guardado, li b’xutt minn barra jitfa’ ferm għoli.

Fil-65 minuta, Boateng jikkrossja lejn l-kaxxa ż-żgħira, bir-rabuxxata ta’ Kimmich tgħaddi bi żbrixx minn fuq il-lasta.

Fis-87 minuta Gomez jfalli daqqa ta’ ras waġdu quddiem Ochoa.

Fid-89 minuta ċans tad-deheb għall-Ġermaniżi , meta mir-rebound, xutt ta’ Brandt jispiċċa jolqot ġenb il-lasta u jmur bi ftit barra.

L-ebda attakk ma seta’ jsib l-ispazju neċessarju biex il-Ġermaniżi jġibu d-draw, frott il-personalità tal-Messikani f’Moska.

Skor finali; Ġermanja 0, Messiku 1.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280