Gowls: Etebo OG, Modric (K)
Karti sofor: – Rakitic, Brozovic (K), Troost-Ekong (N)
Plejer tal-loghba: Modric (K)

Gewwa Kaliningrad, il-Kroazja faċilment tirbaħ lin-Niġerjani bl-iskor ta’ 2-0. Il-Kroati ssuperaw għalkollox lill-Afrikani tul il-partita.

Kienu l-Kroati li fl-14-il minuta resqu viċin hekk kif Mandžukić iqassam lejn Perisić li b’xutt minn barra l-kaxxa jitfa’ ftit għoli.

Fit-32 minuta jasal l-ewwel gowl, hekk kif mid-daqqa ta’ ras ta’ Mandžukić, Etebo jitfa’ fix-xibka tiegħu stess. Għal darb’oħra, il-Kroati viċin li jirdoppjaw hekk kif fid-39 minuta, kross ta’ Rakitić lejn Kramarić li b’daqqa ta’ ras jitfa’ ftit għoli.

Fit-tieni taqsima rajna l-istess movimenti u kien fis-70 minuta li Troost-Ekong jiġbed lil Mandžukić u r-referee jsaffar għal penalty fost ir-rabja tal-plejers Afrikani.

Mill-15-il metru, Modrić ma jfallix u jagħmel l-iskor 2-0. Hekk kif il-logħba kienet magħluqa, Kovacić isib ix-xutt tiegħu bblokkjat mill-goalkeeper Uzoho.

Skor finali; Kroazja 2, Niġerja 0

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280