Gowls: Y. Poulsen (D)
Karti sofor: Tapia (P), Delaney, Poulsen (D)
Plejer tal-logħba: Schmeichel (D)

F’Mordovia Arena rajna l-Perù joħorġu diżappuntati hekk kif f’logħba li ddominaw huma stess xorta waħda ma rnexxilhomx jegħlbu lid-Danimarka, anzi spiċċaw biex dawn tal-aħħar jieħdu tliet punti importanti hafna.

Fit-13-il minuta, Farfan jiddribilja lejn tarf il-kaxxa, imma b’xutt tajjeb ħafna ma jirnexxilux jegħleb lil Schmeichel. Fid-29 minuta, kross lejn l-istess Farfan li b’daqqa ta’ ras mill-vicin jitfa’ fuq il-lasta.

Kien fl-44 minuta li r-referee juża l-VAR biex jagħti penalty lill-Perù, bi Cueva jitfa’ għoli ħafna u b’hekk tispiċċa l-ewwel taqsima fi draw ta’ 0-0.

Fit-tieni taqsima, il-logħba baqgħet bl-istess andament, bil-Peruvjani jattakkaw u jipprovaw jirbħu t-tliet punti. Fis-57 minuta, xutt ta’ Flores imur barra bi ftit.

Biex ftit sekondi wara, id-Danizi joħorġu bl-kontrattakk miċidjali, Eriksen iqassam lejn Poulsen li mill-viċin ma jiżbaljax biex jegħleb lill-goalkeeper Gallese.

Il-Peruvjani baqgħu jissikkaw u mal-ewwel save ta’ Schmeichel izomm lil Flores milli jiskurja l-gowl tad-draw. Fid-79 minuta, xutt ta’ Guerrero jispiċċa barra l-lasta tal-lemin.

Fit-83 minuta, id-Danizi jfallu milli jagħlqu l-logħba hekk kif Jorgensen mir-rebound isib ix-xutt tiegħub blokkjat.

Minuta wara, Farfan jerġa’ jsib lil Schmeichel attent bix-xutt tiegħu jispiċċa f’idejn id-Daniż.

Fis-86 minuta, Gallese jsalva fuq Eriksen u jżomm ir-riżultat dak minimu ta’ 1-0.

Skor finali; Perù 0, Danimarka 1

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280