Gowls: Cristiano Ronaldo x3 (P), Diego Costa x2, Nacho Fernandez (S)
Karti Sofor: Bruno Fernandes (P), Busquets (S)
Plejer tal-logħba: Cristiano Ronaldo (P)

Ġewwa First Olympic Stadium ta’ Sochi rajna logħba divertenti ħafna fejn il-Portugall u Spanja, li bejniethom skurjaw sitt gowls biex fl-aħħar assistejna għal loghba spettakolari.

Wara erba’ minuti biss logħob, Cristiano Ronaldo ġie mwaqqa’ fil-kaxxa u Rocchi jsaffar għal penalty. Ronaldo ma jfallix u jagħmel l-iskor 1-0 għall-Portugall.

Il-logħba kompliet fuq ritmu mgħaġġel u fil-21 minuta naraw kross lejn David Silva li b’daqqa ta’ ras jitfa’ barra u l-ballun imur f’corner wara li jaħbat ma’ wieħed mid-difensuri.

Biex b’hekk fit-23 minuta l-ballun jasal għand Diego Costa, javvanza lejn il-kaxxa, u wara tliet finet fuq id-difensuri jirnexxilu jsib ix-xibka b’gowl devastanti. Il-Portugiżi f’dellirju hekk kif kien hemm dubju li Costa laqat bil-minkeb lil Pepe. Wara l-VAR, Rocchi ddeċieda li xorta jingħata dan il-gowl.

Il-logħba kompliet fuq ritmu eċitanti u fis-26 minuta Isco b’xutt b’saħħtu jolqot il-mimduda.

Biex imbagħad fil-35 minuta din id-darba Jordi Alba jqassam lejn Iniesta li jitfa’ barra bi zbrixx.

Hekk kif kien jidher li l-ewwel taqsima se tispiċċa fi draw, il-ballun jerġa’ jiġi f’saqajn Ronaldo fil-ġenb tal-kaxxa, li b’xutt ċentrali b’saħħtu, De Gea ma jirnexxilux isalva, jaħbat ma’ siequ u jidħol fil-lasta għal riżultat ta’ 2-1.

Fit-tieni taqsima l-logħba ħadet xejra differenti hekk kif Spanja kienu fuq l-offensiva. Fil-55 minuta free kick ta’ Silva lejn Busquets li bir-ras iwaqqa’ lejn Diego Costa u f’lasta vojta jiskurja u jġibhom 2-2.

Biex tliet minuti biss wara, azzjoni ta’ Spanja min-naħa tax-xellug tiġi sfruttata b’mod tajjeb ħafna hekk kif il-ballun jasal għand Nacho f’tarf il-kaxxa li b’kannunata mill-isbaħ isib ix-xibka bil-goalkeeper Rui Patricio sorpriż għalkollox.

Il-logħba kompliet bl-istess ritmu sakemm fit-88 minuta l-Portugall jirbħu freekick f’tarf il-kaxxa. Is-solitu Ronaldo jagħmillhom 3-3 meta rnexxielu jdawwar il-ballun minn fuq il-barriera għar-rokna tax-xibka b’De Gea megħlub għalkollox.

Skor finali: Portugall 3, Spanja 3

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280