Gowls: Sassi (T), Kane x2 (I)
Karti Sofor: Walker (I)
Plejer tal-logħba: Kane (I)

Tibda fuq nota pożittiva l-mixja tal-Ingliżi fit-Tazza tad-Dinja 2018. Ġewwa Volgograd quddiem 41 elf spettatur, it-‘Tliet Iljuni’ ħarġu rebbieħa bl-iskor minimu ta’ 2-1.

Fl-ewwel taqsima rajna l-Ingilterra tgawdi l-maġġoranza tal-pussess imma xi ftit jew wisq traskurata fil-fażi finali. Wara biss 3 minuti, Hassen b’save mill-aqwa fuq Lingard, hekk kif mir-rebound Hassen jilqa’ b’saqajh gowl ċert. Fl-10 minuta, Kane u Sterling b’azzjoni individwali, bil-ballun jispiċċa f’saqajn Kane li x-xutt tiegħu jiġi milqugħ minn Hassen għal corner. Mill-corner, Young jsib ras Stones, b’Hassen jsalva b’mod spettakolari, imma mit-tap in jikkonkludi Harry Kane. Fit-13-il minuta Ben Mustapha jidħol għal Hassen hekk kif dan tal-aħħar jidher li weġġa’ spalltu. Fit-18-il minuta, is-sostitut Ben Mustapha jagħmel save tajjeb fuq xutt ta’ Henderson. Fl-24 minuta, Lingard waħdu mal-gowler isib x-xutt tiegħu jmur barra. Biex fit-33 minuta, cross lejn Ben Youssef u Kyle Walker jolqot lill-attakkant Tuneżin f’wiċċu għal penalty li Sassi ma jfallix għall-iskor sorpriza ta’ 1-1. Fl-40 minuta, għajta ta’ penalty mill-Ingliżi hekk kif Ben Youssef deher iżomm lil Kane b’mod perikoluż. Fl-44 minuta, ċans tad-deheb għal Lingard, li minn pass ta’ Trippier, isib il-ballun tiegħu jolqot il-lasta wara ħarġa ħażina tal-gowler Ben Mustapha.

Fit-tieni taqsima rajna lill-Ingliżi totalment jippruvaw jiskurjaw il-gowl tar-rebħa, però mingħajr suċċess. Tieni taqsima kwieta u mingħajr ebda periklu, b’sensiela ta’ corners u free kicks mill-Ingliżi moħlija jew difenduti tajbin mit-Tuneżini. Fid-79 minuta, minn free kick Young jitfa’ għoli. Biex fil-91 minuta, l-Ingliżi lura fil-vantaġġ meta minn corner ta’ Trippier, Maguire jogħla bir-ras biex il-ballun jispiċċa għal darb’oħra fuq Kane li mill-viċin ma jfallix.

Skor finali: Tuneżija 1, Ingilterra 2.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280