Gowls: Granqvist (Ż)
Karti Sofor: Claesson (Ż), Kim Shin-Wook, Hwang Hee-Chan (KI)
Plejer tal-logħba: Berg (Ż)

Żvezja jiksbu 3 punti importanti ġewwa Novgorod Stadium kontra l-Korea t’Isfel f’logħba fejn l-Ażjatiċi rarissimu kienu ta’ periklu imma xorta waħda għamluha diffiċli ħafna għall-Iżvediżi.

L-ewwel ċans ta’ periklu sar min Berg fl-20 minuta permezz ta’ xutt fil-baxx bil-gowler Korean faċilment jilqa’. Fid-29 minuta, cross lejn Berg minn corner isib ix-xutt tiegħu bblokkjat minn difensur tal-Korea. Biex fl-aħħar ċans tal-ewwel taqsima, Claesson jogħla bir-ras minn cross imma għal darb’oħra d-difiza Koreana kienet attenta u titfa’ f’corner.

Fit-tieni taqsima, rajna l-istess andament tal-partita, bl-Iżvediżi jagħfsu l-Ażjatiċi. Kien Forsberg li fid-49 minuta jixxuttja minn barra l-kaxxa u jitfa’ għoli. Biex fit-52 minuta, il-Koreani kienu viċin il-gowl, meta minn cross, Ja-Choel Koo jitfa’ bir-ras ftit ‘il barra fuq ix-xellug. Fis-56 minuta, Toivonen jogħla bir-ras minn freekick, bil-keeper Korean għal darb’oħra attent u jilqa’ faċilment. Biex fit-63 minuta jasal il-gowl tal-Iżvezja meta Kim Min-Woo jwaqqa’ lil Claesson fil-kaxxa, bil-kaptan Granqvist jegħleb il-gowler mill-15-il metru.

Fl-aħħar ċans tal-partita, Hee-Chan Hwang ifalli ċans tad-deheb meta Lee Jae-Sung jagħti cross fil-kaxxa u d-daqqa ta’ ras ta’ Hwang tispiċċa bi żbrixx barra.

Skor Finali: Żvejza 1, Korea t’Isfel 0

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280