Gowls: Zuber (Ż), Coutinho (B)
Karti Sofor: Lichtsteiner, Schar, Behrami (Ż), Casemiro (B)
Plejer tal-logħba: Coutinho (B)

F’Rostov Arena, il-Brażil ma rnexxilhomx jegħlbu lill-Iżvizzera, biex b’hekk wara 40 sena, il-Brażil ma rnexxilhomx jirbħu l-ewwel partita tal-grupp.

Kienu l-Iżvizzera li bdew fuq l-attakk hekk kif kross ta’ Shaqiri jasal għand Dzemaili li d-daqqa tiegħu tmur għoli.

Fil-11-il minuta Paulinho jitlef ċans tad-deheb hekk kif pass ta’ Neymar jasal f’saqajh imma jippanikja u jitfgħu barra wara li Sommer b’subgħajh jirnexxilu jmiss il-ballun.

Fl-20 minuta kross ta’ Marcelo jiġi mtajjar bir-ras mid-difiża tal-Iżvizzera, bil-ballun jasal f’saqajn Coutinho, li jdawwar il-ballun fit-tieni lasta għal gowl maġiku tipiku ta’ Coutinho.

Fil-45 minuta daqqa ta’ ras ta’ Thiago Silva minn corner tgħaddi ftit barra, biex l-ewwel taqsima tagħlaq bl-iskor ta’ 1-0 favur il-Brażil.

Fit-tieni taqsima rajna lill-Iżvizzera jkunu iktar offensivi. Kien fil-50 minuta li Marcelo jirnexxilu jisraq ballun perikoluż minn Seferovic wara pass tajjeb ta’ Dzemaili.

Mill-corner, Shaqiri jsib ras Zuber li wara mbuttatura kemxejn dubjuża fuq Miranda, jirnexxilu jsib is-saqaf tax-xibka, b’Alisson megħlub.

Il-Brażil baqgħu jattakkaw, bl-Iżvizzera tipprova tikkontrolla u tirbaħ il-pussess tal-ballun. Fit-82 minuta s-sostitut Firmino b’ċans tajjeb li jerġa’ jitfa’ lill-Brażil minn fuq imma din id-darba jiżbalja u jitfa’ barra.

Fit-88 minuta kross ta’ Willian isib lil Neymar li minn 12-il metru jitfa’ ġol-goalkeeper.

Fil-91 minuta ċans tad-deheb għall-Brażil, meta Miranda jixxuttja bil-ballun jgħaddi żbrixx barra.

Skor finali; Żvizzera 1, Brażil 1.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280