Għas-6 sena konsekuttiva l-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se jkun klabb uffiċjalment irrikonoxxut minn Juventus F.C. u għalhekk se joffri dik li sal-istaġun li għadda kienet magħrufa bħala s-sistema DOC, li issa nbidlet għal Juventus Official Fan Club.
Infakkru li biex tkun tesserat ma’ din is-sistema trid tkun tesserat ma’ xi klabb. Il-ħlas biex tkun tesserat mal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero huwa dan:
Infant (sa 6 snin): B’xejn
Child (7 sa 12-il sena): €5
Teen (13 sa 19-il sena): €20
Regular (20 sa 69 sena): €25
70+ (minn 70 sena ‘l fuq): €5
Il-prezzijiet għall-istaġun 2017/18 biex tkun tesserat direttament ma’ Juventus permezz tas-sistema Juventus Official Fan Club huma dawn:
€16 għal dawk kollha li għandhom inqas minn 16-il sena
€25 għal dawk kollha li għalqu is-16-il sena.
Kull min għandu tesserament mas-sistema J1897 Member jew Black&White Member u t-tessera tiegħu tiskadi wara t-30 ta’ Ġunju 2018 għandu d-dritt li ladarba jkun membru mal-klabb ikollu t-tesserament mal-Juventus Official Fan Club b’xejn.
Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lil xi membru tal-Kumitat jew ibgħat email fuq info@juventusmalta.com.
Grazzi.
Il-Kumitat,
Juventus Club Malta Cuore Bianconero,
Juventus Official Fan Club.





