Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li waslitlu l-ewwel lott tat-tesseri tas-sħubija DOC.

Dawn it-tesseri, li minn din is-sena nbidel isimhom għal ‘Official Fan Club Membership Card’, se jibdew jitqassmu mil-lejla, qabel il-logħba bejn Tottenham u Juventus. Wieħed jista’ jiġbor it-tessera tiegħu jew tal-membri tal-familja tiegħu.

Infakkru wkoll li għad hemm numru ta’ membri li la ġabru t-tessera tas-sħubija tal-klabb u lanqas ir-rigal li jiġi magħha. Kull tessera tal-klabb tiġi pprintjata fil-post stess, waqt li s’issa qed jitqassmu r-rigali ta’ dawk li ssieħbu sal-aħħar ta’ Jannar.