Juventus Women komplew isaħħu l-skwadra permezz tal-akkwist ta’ Aleksandra Sikora, li bħala rwol hi midfielder u li l-istaġun li għadda kienet mat-tim ta’ Brescia.

Sikora, 27 sena, bdiet il-karriera tagħha fil-Polonja ma’ Promien Mosty fejn wara marret ma’ Medyk konin, tim li miegħu rebħet bosta unuri u anke lagħbet fil-UEFA Women’s Champions League.

Il-prestazzjonijiet pożittivi tagħha wasluha sabiex tingħaqad ma’ Brescia fejn fl-staġun 2017/2018 lagħbet 20 logħba, fejn skurjat anke erba’ gowls.

Mal-Polonja, Sikora lagħbet 66 partita fejn skurjat sitt gowls u kienet anke kaptin tan-nazzjonal għal perjodu ta’ tliet snin.

Hija plejer li tista tilgħab bħala midfielder iżda anke f’bosta rwoli oħra, speċjalment fil-fażi offensiva.

Sors: Juventus

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280