Mil-lum ‘il quddiem kull qarrej ta’ JuventusMalta.com jista’ jibda jiġi notifikat immedjatament malli jiġi ppubblikat artiklu ġdid.

Dan wara li fl-aħħar ġimgħat l-iżviluppaturi tas-sit kienu qed jaħdmu biex is-sit ikun dejjem eqreb tal-qarrejja tiegħu.

Biex tibda tirċievi notifiki, mal-ewwel darba li tidħol fis-sit se tintalab taċċetta li tkun notifikat, jew inkella tirrifjuta billi tagħfas fuq is-sinjal ta’ qanpiena li ssib fuq il-lemin, fin-naħa t’isfel tal-paġna. Jekk taċċetta, iktar ‘il quddiem tista’ tagħżel li tneħħi dan is-setting.