Il-Kumitat jixtieq iħabbar li aktarx se jkollu ammont ta’ abbonamenti fil-Juventus Stadium disponibbli għall-istaġun li jmiss.

Dawn japplikaw għal min ikun kemm membru mal-klabb u kif ukoll mas-sistema uffiċjalment rikonoxxuta minn Juventus għal-istaġun 2017/18 (dik li kienet magħrufa bħala s-sħubija DOC). Dawk kollha interessati jrid ikollhom ukoll it-Tessera del Tifoso valida.

Kull min huwa interessat għandu jibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com u fl-email jinkludi dawn id-dettalji:

Isem:
Kunjom:
Data tat-Twelid:
Indirizz:
Kodici Postali:
Numru tal-mowbajl:
Numru tat-telefon:
Numru tal-karta tal-identità jew passaport:
Numru tat-Tessera del Tifoso:
Sess:
Ordni ta’ preferenza fejn tixtieq l-abbonament:

Il-postijiet li jistà jkun li jkunu disponnibbli huma dawn:

– Tribuna Ovest Laterale Primo Anello Section 105 Row 1 Seats 5, 6, 7 u 8.
– Tribuna Est Centrale Secondo Anello Section 218 Row 10 Seats 1 u 2.
– Tribuna Nord Secondo Anello Section 209 Row 1 Seat 27 u 28.

Hemm possibbiltà li jkun hemm ukoll xi seats fit-Tribuna Est Centrale Primo Anello f’Section 113. Madankollu, dawn għad iridu jiġu konfermati.

Dawk kollha li juru interess jiġu kkuntattjati sabiex nhar l-Erbgha 28 ta’ Ġunju jiġu fis-sede tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero sabiex iħallsu it-tesseramenti u l-abbonamenti. Is-sistema li se tintuża hija dik first come first served.

Jekk hemm xi abbonati li jixtiequ jġeddu l-abbonament tagħhom permezz tal-klabb għandhom jibagħtu email bl-istess dettalji u magħhom iżidu d-dettalji tal-abbonament tagħhom.

Grazzi.

Il-Kumitat,
Juventus Club Malta Cuore Bianconero,
Juventus Official Fan Club.