Il-Kumitat introduċa table soccer fil-games room tal-kwartieri l-ġodda tal-klabb fi Triq Troubridge, il-Marsa.

Dan wara s-suċċess taż-żewġ imwejjed tal-billiard li mill-ftuħ tal-kwartieri l-ġodda kienu attrazzjonijiet li ntlaqgħu tajjeb ħafna minn dawk kollha li attendew.

L-għan ta’ din il-games room, flimkien ma’ faċilitajiet oħra bħal-lift u faċilitajiet biex il-ġenituri jkunu jistgħu jbiddlu lil uliedhom, hi li l-klabb joffri ambjent għall-familja kollha u jkun post ta’ divertiment lil hinn mil-logħob ta’ Juventus biss.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280