Għad fadal biss sa nhar it-Tlieta f’nofsinhar għal min jixtieq jissieħeb membru tas-sistema DOC, li tifsser sħubija diretta ma’ Juventus.

Fost il-benefiċċji li gawdew minnhom il-membri DOC insemmu biljetti bi prezzijiet face value għal-logħob iż-żgħar kollha, roħs kbir fuq biljetti mixtrija mingħand l-aġenti għal-logħob il-kbar, opportunità li tagħmel walkabout jew terzo tempo meta jkunu disponibbli u ċans li tidħol Vinovo waqt sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ Juventus.

Barra minn hekk insemmu li għal min kien membru DOC setgħu jsiru arranġamenti ferm tajbin għall-biljetti tal-finali taċ-Champions League tas-sena l-oħra fejn ma kienx hemm bżonn li wieħed jieħu l-pakket obbligatorju offrut minn Franco Rosso.

Avveniment ieħor importanti li gawdew ħafna minnu l-membri DOC hija l-finali tal-Coppa Italia. Filwaqt li l-membri DOC ħallsu €30, €50 u €130 għall-biljetti, membri oħra li ma laħqux issieħbu mas-sistema DOC ħallsu €180, €210 u €260 għall-istess biljetti.

Biex issir membru DOC trid tissieħeb membru wkoll tal-klabb. Wara l-Open Day tas-Sibt, issa min jixtieq isir membru DOC jista’ jagħmel dan onlajn, billi jagħfas HAWN.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280