Kien hemm rispons tajjeb ħafna għall-ewwel tours li ħabbret l-aġenzija Britannia Tours, li qed taħdem bi sħab mal-klabb tagħna biex tibda tiġi offruta l-opportunità li membri tal-klabb jingħaqdu ma’ gruppi organizzati.
Tant hu hekk li t-tour kontra Manchester United issa hu sold out, xahar qabel din il-logħba mill-UEFA Champions League. Qed jinbiegħ b’rata mgħaġġla wkoll it-tour kontra Valencia.
Sadattant it-tours kontra Spal u Cagliari qed jirreġistraw interess qawwi, b’mod speċjali dak kontra Cagliari għaliex se jsir fuq jumejn, bejn is-Sibt u l-Ħadd, u allura ma jirrikjedix li dak li jkun jieħu leave inkella jaffettwa l-lezzjonijiet tat-tfal.
Għat-tour kontra Spal, ninsabu infurmati li għad fadal biss tliet postijiet qabel dan ukoll ikun inbiegħ għalkollox.