Fix-xhur li ġejjin f’Malta se jinfetaħ mużew ġdid dedikat totalment għal Juventus u li se jkun parti mill-premises ġodda li akkwista l-klabb, fil-Marsa, fejn bħalissa għaddej xogħol ta’ kuljum bl-għan li dawn jinfetħu sa Jannar li ġej.
Fl-aħħar xhur membri tal-Kumitat ħadmu bla heda biex akkwistaw ammont ta’ materjal marbut ma’ Juventus, inkluż flokkijiet iffirmati u magazines storiċi fost l-oħrajn.
Dan kollu sar b’sagrifiċċju finanzjarju personali li madankollu ġab miegħu sodisfazzjon kbir u wassal biex inbniet bażi imprezzabbli għal dan il-mużew.
Issa l-Kumitat qed jistieden ukoll lill-Juventini Maltin li jixtiequ jikkontribwixxu b’xi mod għal dan il-mużew. Dawk kollha interessati li jgħaddu xi materjal li jaħsbu li jista’ jkun utli, huma mitluba jibagħtu email fuq info@juventusmalta.com.
Jintlaqgħu wkoll donazzjonijiet fuq bażi ta’ self, jiġifieri l-oġġetti jibqgħu proprjetà ta’ min jgħaddihom lill-klabb.






