Is-swali tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se jintużaw għal turnew ta’ Tekken, li fost oħrajn se jġib lejn Malta madwar 20 kompetitur barrani u qed ikun organizzat minn Visionary Iron Team.

S’issa, dan it-turnew diġà għandu l-konferma ta’ 72 parteċipant u madwar 70 persuna oħra li se jattendu biex isegwu l-andament matul il-ġurnata. Frott l-interess qawwi, kien hemm estensjoni tal-biljetti, biex issa fadal l-aħħar erbgħa disponibbli.

It-turnew se jsir nhar is-17 ta’ Novembru fejn ma jkunx hemm logħob tas-Serie A minħabba l-waqfa tan-nazzjonali.