Waslet il-firma fuq il-kuntratt tal-midfielder ta’ 18-il sena Gabriele Bove.
Dan ifisser li l-plejer issa ffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu mal-klabb li miegħu ilu jilgħab sa mindu kellu disa’ snin.
Bove hu mfaħħar ħafna, u deskritt minn diversi siti fl-aħħar snin bħala predestinat għall-potenzjal qawwi li għandu.
Riċentement, Bove skurja gowl mill-isbaħ kontra Seville f’logħba mill-grupp tal-Youth League. Kien ukoll parti mill-iskwadra rebbieħa tal-Viareggio Cup fl-istaġun li għadda.
Sors: Gianluca Di Marzio