Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero żamm it-titlu tal-ikbar supporters’ club ta’ Juventus fid-dinja biex b’hekk dan l-unur mill-ġdid iġib isem Malta.

Is-suċċess miksub mill-klabb, grazzi għall-membri li mill-ġdid fdaw fil-ħidma ta’ dan il-klabb, ikompli jibni fuq il-ħidma bla waqfien li saret fl-aħħar ġimgħat.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280