In-nuqqas tiegħu jinħass ħafna fid-difiża. Il-grinta, il-motivazzjoni, is-saħħa. In-nuqqas ta’ Chiellini huwa nuqqas kbir, għalkemm għal ħafna mhux favorit. Blata importanti fid-difiża.
Staġun mhux daqshekk komplut daqs l-oħrajn għal Giorgio Chiellini b’injuries kontinwi jaffetwaw ħafna l-istaġun tiegħu, b’mod speċjali lejn it-tmiem fejn tilef ħafna mil-logħob.
Postu ħadu Daniele Rugani, li kien tajjeb u ħakem postu sew tant li sar regolari mal-ewwel ħdax Juventini. Chiellini rritorna tard f’April u żgur mhux forsi se jibqa’ konxju li tilef il-battalja ġewwa l-Ġermanja kontra Bayern München.
Żgur mhux forsi li Chiellini se jibqa’ jiftakar il-ġmiel ta’ gowl fl-aħħar logħba kontra Sampdoria, li għalqet il-kampjonat.
Chiellini, il-King Kong. Is-saħħa, il-grinta u l-ħdura. Żgur mhux forsi huwa x-xewqa ta’ kull tim. Pilastru Juventin, li fil-qrib se jkun leġġenda ta’ Juventus.