Aħbarijiet inkwetanti fl-ambjent Interist hekk kif qed jingħad li Wanda Nara qalbitha sesswalment lil Mauro Icardi ma’ sieħbu fl-iskwadra, Marcelo Brozović.

Fl-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti fil-fatt kien hemm aħbarijiet li Marcelo Brozović seta’ ħalla lil Inter. Fl-istess waqt, Nara ħalliet l-Italja lejn l-Arġentina, biddlet isimha fil-midja soċjali għal Wanda Nara minflok Wanda Icardi u l-attakkant waqaf isegwiha fuq il-midja soċjali.

Issa jirriżulta li fin-nofs hemm skandlu sesswali, b’ritratti żvelati li aktarx juru lil Wanda u Marcelo Brozović f’att intimu sesswali. Saħansitra jingħad li mhux biss hu diffiċli li Icardi u Brozović jibqgħu fl-istess tim, imma wkoll li Icardi se jaħdem ma’ aġent ġdid, aktarx Mino Raiola, minflok martu.

Madankollu wara dawn ir-rapporti, kemm Wanda kif ukoll Brozović ċaħdu, ikkritikaw lill-midja li ppubblikat din l-aħbar u heddew b’passi legali u talbiet ta’ riżarċiment.

Sors: TuttoJuve

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280