Lejlet l-ewwel tas-sena l-midfielder ta’ Roma Radja Nainggolan tefa’ filmat fejn jidher li qed ipejjep, jgħid kliem mhux xieraq u jixrob aktar minn kemm suppost.

Ftit sigħat wara li ġara hekk, il-midfielder Belġjan tefa’ apoloġija.

“Nixtieq niskuża ruħi għal dak li ġara u għal dak li deher fil-filmat. Irrid nammetti li nħobb nieħu gost ma’ sħabi imma f’dak il-lejl għaġġilt ħafna. Nixtieq pubblikament niskuża ruħi għall-kliem li għidt u għall-imġiba tiegħi.”

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280