Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jinforma lill-membri tiegħu li l-membership cards ġodda issa waslu u jibdew jinġabru mil-lum, qabel il-logħba kontra Chievo.

Infakkru li sħubija mal-klabb ma tibqax valida biss sal-aħħar tal-istaġun, iżda f’inizjattiva biex il-membru jiggwadanja dejjem iżjed, din tibqa’ valida għal 365 ġurnata (sena) mill-jum li fih tkun saret.

It-tessera tas-sħubija trid tinġabar personalment mill-klabb u tiġi ppreżentata kull darba li l-membru jattendi l-klabb, biex b’hekk ma jintalabx donazzjoni kif isir fil-konfront ta’ min mhux membru.